Jirbaħ karozza ma’ Pizza Hut

Noel Anastasi rebaħ il-karozza Renault Twingo tal-kampanja tal-Pizza Hut ‘Everyone is a Winner’ li ttella’ fil-lotterija, il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru, fil-Pizza Hut ta’ San Ġiljan.
Din kienet ir-raba’ sena ta’ din il-kampanja ‘Everyone is a Winner’ ta’ Pizza Hut Malta, li għal dawn l-aħħar snin tat diversi premjijiet kbar. Il-premjijiet ta’ din is-sena kienu jinkludu numru ta’ PlayStations 4 1TB, prodotti tal-ikel u vouchers mingħand Pizza Hut, pinet taċ-Ċisk u pitchers tal-Pepsi.
Il-ħsieb tal-kampanja ‘Everyone is a Winner’ hu li kulħadd jirbaħ xi ħaġa. Dawk li żaru wieħed mir-restoranti tal-Pizza Hut matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru ngħataw envelop bil-kliem ‘Don’t Open Me’ (Tiftaħnix) bi premju fih. F’Ottubru u f’Novembru, il-klijenti reġgħu marru l-Pizza Hut biex jiskopru x’kien ir-rigal tagħhom.
Minbarra l-kollaborazzjoni ma’ Cisk u Pepsi, għar-raba’ sena konsekuttiva, din is-sena Pizza Hut Malta kkollaborat ukoll ma’ Auto Sales Ltd – Kind’s li ssussidjaw il-kampanja b’karozza ċelesti stupenda Renault Twingo. Din tat spinta oħra lill-kampanja għax kulħadd kien fiċ-ċans li jirbaħ dan il-premju finali kbir.