Jiqsar il-proċess għall-għażla tal-kapijiet fl-iskejjel tal-Knisja

Il-proċess biex jintagħżlu l-kapijiet u l-assistenti kapijiet għall-iskejjel tal-Knisja se jkun iqsar, riżultat ta’ ftehim bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija fi ħdan il-Kurja u l-MUT.
Meta jkun meħtieġ l-impjieg ta’ assistent kap ta’ skola tal-Knisja, l-ewwel se ssir sejħa fl-iskejjel tal-Knisja. Jekk il-post ma jimteliex, imbagħad issir sejħa fi skejjel oħra.
Għall-għażla ta’ kap ta’ skola tal-Knisja, se ssir sejħa waħda mill-ewwel għall-applikanti eliġibbli li jgħallmu fi skejjel liċenzjati.
Titjib ieħor riżultat ta’ dan il-ftehim huwa li l-proċess tal-appelli se jinfetaħ ukoll għall-impjieg ta’ assistenti kapijiet ta’ skejjel.