Jippromwovu l-integrazzjoni permezz ta’ partita futbol

Il-grupp Omada li jagħmel parti mill-Fondazzjoni Agara, għada se jorganizza partita futbol bil-għan li jkompli jilħaq l-għan prinċipali tiegħu dak li jintegra nies ta’ kulturi, reliġjonijiet, sessi u etajiet differenti flimkien.

Bil-kollaborazzjoni tal-Assoċċjazzjoni Maltija tal-futbol, il-fondazzjoni qed torganizza l-ewwel partita internazzjonal. Nies minn pajjiżi differenti għada se jkunu qed jilagħbu flimkien fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali fis-7.30pm.

Il-pubbliku huwa mistieden biex jattendi u jagħti s-sapport tiegħu lil din il-fondazzjoni. Il-preżenza tal-pubbliku għal dan l-avveniment tkompli tħeġġeġ lil din il-fondazzjoni biex tkompli taħdem biex ikun hawn iktar integrazzjoni f’Malta permezz tal-isports.

Kif tista’ minn lapes tiżra’ siġra?

Il-fondazzjoni Agara dejjem ħadmet favur is-sotennibiltà kif ukoll biex tagħti leħen lil min m’għandux. Fil-fatt din il-fondazzjoni tiġbor laptops użati tagħtihom format, tirranġahom u tqassamhom f’diversi entitajiet kemm Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Din is-sena ħarġet bl-idea ta’ lapsijiet li meta jispiċċaw minflok jintremew wieħed jiżragħhom u tikber pjanta. Hemm seba’ pjanti differenti li wieħed jista’ jagħżel minnhom. L-għan wara dawn il-lapsijiet huwa li wieħed jibda minn affarijiet żgħar bħal dawn biex jagħti kontribut huwa wkoll lejn ħajja iktar sostenibbli. Tista’ tagħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar dawn il-lapsijiet.