Jippruvaw jisirqu banka tal-lottu u dlonk arrestati!

Il-Pulizija arrestat raġel u mara li wettqu serqa żgħira minn banka tal-lottu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ wara nofsinhar f’banka tal-lottu li tinsab fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ.
Jirriżulta li l-koppja daħlu fil-banka tal-lottu u immedjatament is-sid għafas il-buttuna tal-għajnuna u b’hekk ġew infurmati l-Pulizija.
Ir-raġel u l-mara serqu bott li kien fit-tarf tal-bank biex jinġabru donazzjonijiet għall-persuni fil-bżonn.
Il-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit waslu fuq il-post u arrestaw lir-raġel filwaqt li l-mara ġiet arrestata aktar tard f’Ħaż-Żebbuġ stess.
Il-koppja hija magħrufa mal-Pulizija minħabba każi oħra.  

Ritratti: Media Police