Jippruvaw jiksru rekord ta’ 65 siegħa bla waqfien fuq ir-radju

Mis-6 ta' dalgħodu sal-Ħadd filgħaxija se jipprova jinkiser ir-rekord ta’ 65 siegħa ta’ xandir fuq ir-radju bla waqfien.
Ix-xandir beda dalgħodu u mistenni jieqaf nhar il-Ħadd li ġej fil-11 ta’ filgħaxija.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Kyle Beeston, żgħażugħ li flimkien ma’ Anne Marie Caruana, li t-tnejn huma membri tal-Għaqda Mużikali San Leonardo, qed jorganizzaw ix-xandira.
Kyle qal li x-xandira se tkun programm wieħed, b’intervisti ma’ diversi baned u kantanti lokali kif ukoll stili differenti ta’ mużika.
Fost il-kantanti hemm J. Anvil, Dorothy Bezzina u Annabelle Debono. Se jkun hemm ukoll attivitajiet oħra taħt tinda fil-pjazza ta’ Ħal Kirkop.
Il-frekwenza tax-xandira se tkun fuq Radju Leonardo 105.2FM.
Ir-rekord li kien hemm qabel hu dak ta 62 siegħa.