Jippruvaw jaħbu bomba f’pupa biex jisplodu ajruplan

Is-servizzi tas-sigurtà fil-Lebanon xoljew attakk terroristiku li kien pjanat biex isir fuq ajruplan li kien sejjer mill-Awstralja għal Abu Dhabi.
Huma sabu pupa tal-Barbie mdaqqsa mimlija bi splussiv moħbi.
Il-Ministru għall-Intern tal-Lebanon qal li l-awtoritajiet tal-pajjiż xoljew il-pjan tat-terroristi li kellhom pjanat li jtellgħu l-bomba fuq l-ajruplan bil-moħbi tal-awtoritajiet.
Hu qal li erbgħa aħwa b’ċittadinanza doppja, Lebaniża u Awstraljana, qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-Ministru żied jgħid li tnejn mill-aħwa qed jinżammu arrestati fl-Awstralja stess fejn wieħed minnhom hu wieħed mill-mexxjja għolja tal-ISIS.