Jippruvaw ineħħu n-‘namrati’ mid-daħla tal-Belt

Żewġ ħaddiema lbieraħ filgħaxija kienu qed jippruvaw ineħħu l-graffiti fuq il-ħajt fid-daħla tal-Belt.

Dan wara li fid-29 ta' Awwissu li għadda persuna mhux magħrufa għamlet din it-tpinġija ta’ mara u raġel jiffurmaw qalb b’idejhom.

Jidher li l-pulizija għadha qed tfittex il-persuna li ntlemħet tagħmel din it-tpinġija mal-faċċata ta’ Bieb il-Belt.

 

Ritratt: Bernard Grech fuq info@newsbook.com.mt