Jipprovaw idaħħlu għasafar bil-kuntrabandu b’valur ta’ €35,862

F’żewġ każi separati, żewġt irġiel kienu akkużati li pprovaw idaħlu Malta ammont ta’ għasafar mhux iddikkjarati, bil-valur globali tat-tnejn li huma jammonta għal €35,862.
Fl-ewwel każ, raġel ta’ 35 mill-Qrendi tressaq il-Qorti wara li pprova jħaddal ammont ta’ għasafar mhux iddikkjarati, bil-valur ta’ €31,862.
Il-Prosekuzzjoni, li kienet immexxija minn Jurgen Vella, m’opponitx ladarba l-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti jkunu xierqa. L-akkużat ingħata libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2000.
F’każ ieħor, raġel ta’ 68 sena min-Nadur kien akkużat li nhar il-Ġimgħa għall-ħabta tal-11.00 ta’ flgħaxija wasal Malta minn Sqallija bil-vettura tiegħu abbord il-katamaran. Fil-vettura kellu 50 għasfur taż-żebbuġ mhux iddikkjarati. Il-valur globali ta’ dawn l-għasar jammonta għal €4000.