Jipprova jxaħħam uffiċjal tal-immigrazzjoni bi €20; sitt xhur ħabs

Flickr: Images Money

Read in English.

Raġel ta’ 24 sena mill-Albanija ammetta li pprova jxaħħam uffiċjal tal-imigrazzjoni bi €20. Huwa ngħata sitt xhur ħabs.

Endrit Hushi wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti semgħet kif Hushi u ħuh kienu ġejjin mill-Maċedonja. Ħuħ beda jiġi mistoqsi mill-uffiċjali tal-immigrazzjoni, u għalhekk Hushi ħaseb li mhux se jitħalla jgħaddi u jidħol f’Malta.

B’hekk, huwa poġġa €20 fil-passaport ta’ ħuh u għaddihom lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar, waqt li l-akkużat kien assistit mill-avukat ta’ għajnuna legali, Dustin Camilleri.