Jipprova joqtol lil sieħbu waqt li kienu qed jieħdu d-droga

Raġel ta’ 51 sena minn Bormla qed jiġi akkużat li fil-jiem li għaddew ipprova joqtol lil sieħbu.  
Il-każ seħħ matul il-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta, meta l-akkużat u l-vittma kienu qed jabbużaw mid-droga. Wara li qam argument bejniethom, l-akkużat ta daqqa ta’ mus lil sieħbu.
Ir-raġel jinsab akkużat ukoll li kkawża feriti gravi fuq sieħbu, li kellu arma li taqta’ u bil-ponta u li kien fil-pussess tad-droga kokaina u eroina. Akkużat ukoll li sar reċediv.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.