Aġġornata: Baqa’ ħiereġ bl-affarijiet minn ħanut f’Tas-Sliema

Photo: Archives

Tifel ta’ 13-il sena twaqqaf mill-Pulizija meta baqa’ ħiereġ minn ħanut b’xi oġġetti f’idu.

Kelliem għall-Pulizija assigura lil Newsbook.com.mt li ladarba ġie avviċinat mill-Pulizija, it-tifel ħallas għal dak li ħa.

L-inċident ġara għat-3.30pm, meta l-informazzjoni kienet li raġel li pprova jisraq minn ħanut f’Tas-Sliema ġie arrestat.