Jipprova jisraq id-diesel minn trakk tul il-lejl; jibqa’ arrestat

Raġel qed jinżamm arrestat talli allegatament ipprova jisraq id-diesel minn trakk fiż-Żejtun.

Dan ġara fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt għall-ħabta tas-1.30am, xħin it-trakk kien wieqaf fi Triq il-Labour.

Ir-raġel li għandu 40 sena, hu mwieled l-Ingilterra iżda joqgħod Ħaż-Żabbar, huwa akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ta’ każ ieħor li ilu sentejn, peress li suppost ma joħroġx billejl.

L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest. Huwa qed jinżamm arrestat.