Jipprova jiġbor €1,700 biex isib l-imħabba ta’ ħajtu

Żagħżugħ ta’ 26 sena fir-Renju Unit qed jipprova jiġbor €1,700 pemezz tas-sit Indiegogo biex forsi jirnexxielu jsib l-imħabba ta’ ħajtu.
Tom Packer irid il-flus biex iħallas għal 13-il date li jemmen li se jgħinuh isib it-tfajla tal-ħolm tiegħu.
Qed joffri li jiffirma ritratti ta’ wiċċu għal €13, €650 għal date u poeżija, jew €1,300 biex tfajla tmur miegħu Pariġi.
Packer qed jimxi fuq it-teorija li "ssib l-imħabba ta’ ħajtek wara li tiltaqa’ ma’ 13-il tfajla."