Jipprova jiftaħ bieba tal-emerġenza ta’ ajruplan tal-Air Malta

Passiġġier ġie arrestat mill-awtoritajiet Olandiżi wara li pprova jiftaħ bieba tal-emerġenza fuq ajruplan tal-Air Malta.
Il-passiġġier kien fuq it-titjira KM394 minn Malta għal Amsterdam.
Il-membri tal-ekwipaġġ żammew lill-passiġġier sakemm intalbet l-assistenza tal-Pulizija fl-ajruport ta’ Schipol.