Jipprova jidħol f’dar minn gallarija; iweġġa’ gravi

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta iddaħħal fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex isofri minn ġrieħi gravi f’inċident li seħħ f’residenza f’Għajnsielem. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa nieqes kwart ta’ dalgħodu fi Triq Ħamri. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel qabeż minn madwar sular għoli sabiex jaċċessa l-gallarija tar-residenza u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar.