Jipprotestaw f’Malta minħabba s-sitwazzjoni fl-Eritrea

Madwar 40 persuna ħadu sehem f’protesta paċifika dwar dak li qed jiġri fl-Eritrea.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li f'Malta l-protesta saret nhar il-Ħadd illi għadda.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li madwar 28 persuna nqatlu mill-forzi tas-sigurtà fl-Eritrea waqt protesta fil-31 ta’ Ottubru.
Fl-istess ġurnata, l-ambaxxata tal-Istati Uniti fil-kapitali Asmara ħarġet twissjia għaċ-ċittadini Amerikani biex jevitaw l-inħawi fejn kienu għaddejjin il-protesti minħabba rapporti ta’ sparar.
Skont attivisti Eritreani, il-protesta fl-Eritrea saret wara li l-Gvern ordna skola Islamika biex tipprojbixxi l-ilbies tal-velu u l-edukazzjoni reliġjuża.
Protesti pubbliċi huma rarissimi fl-Eritrea, pajjiżi li għandu wieħed mill-aktar ambjenti oppressivi għall-midja u l-libertà tal-espressjoni.