Jipproponu sistema ta’ underground nazzjonali

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin, li jiġbor fih 28 għaqda taż-żgħażagħ ibbażati f’Għawdex, laqa’ d-dibattitu nazzjonali dwar l-aċċessibilità f’Għawdex u ppropona sistema ta’ underground nazzjonali.
Fi stqarrija, il-GYC qal li jemmen li s-servizz tal-fast ferry hu essenzjali li jerġa’ jiġi  introdott.
Ħeġġeġ ukoll biex l-awtoritajiet iwettqu l-istudji ġeoloġiċi u ambjentali dwar il-possibilità ta’ mina bejn Malta u Għawdex.
Qal li dawn l-istudji għandhom jikkunsidraw il-possibilità ta’ sistema ta’ underground li tinkludi l-link permanenti bejn Malta u Għawdex.
Il-GYC esprima l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva ta’ konferenza nazzjonali mill-Front Favur il-Mina.