Jipproponilha fuq il-palk tal-Emmy Awards

Jipproponilha Emmy Awards
Glenn Weiss proponiment

Id-direttur tal-Oscars Glenn Weiss issorprendi lill-udjenza tal-premijiet tal-Emmy li saru ilbieraħ. Dan meta ppropona lill-għarusa tiegħu, azzjoni li seħħet għall-ewwel darba fis-70 sena li ilha sseħħ din iċ-ċerimonja.

Glenn tela’ fuq il-palk sabiex jieħu l-premju bħala direttur ta’ Variety Special qabel ma dan ippropona lil Jan Svendsen. Huwa qal li ommu mietet gimgħatejn qabel ma qal lill-għarusa tiegħu li jħobbha.

L-udjenza kienet tiġa bdiet iċċappċap qabel ma qal, “għadni ma staqsejtx!”

Glenn ta lill-għarusa tiegħu ċ-ċurkett ta’ ommu, filwaqt li b’ċajta qal lil ħutu li missieru kien jaf li ħadu hu.

Intant diversi atturi kienu emozzjonati, inkluż l-attriċi Claire Foy.