Jipproponi poloz tal-vot bil-Braille

Id-deputat Laburista Chris Fearne, fl-intervent tiegħu fid-diskussjoni dwar l-emendi proposti għal-liġi dwar l-elezzjonijiet, ippropona biex fl-elezzjonijiet fil-pajjiż jibda jkun hemm poloz tal-vot miktuba bil-Braille.

Chris Fearne saħaq li b’dan il-mod, persuni li huma neqsin mid-dawl ikunu xorta waħda jistgħu jivvutaw fil-privatezza bħal oħrajn, mingħajr il-ħtieġa li jitolbu assistenza tar-rappreżentanti uffiċċjali tal-Kummissjoni Elettorali u tal-partiti.