Jipproponi park tal-familja fil-Furjana

Kunsillier Furjaniż tal-Partit Nazzjonalista ppropona li jsir park tal-familja fil-Furjana.
F'mozzjoni, James Aaron Ellul ippropona li ż-żona ta' Jubilee Grove, magħrufa l-iktar bħala l-Masġar ta' Sa Mason, issir park rikreattiv għall-familja.
Saħaq li minkejja li bħalissa ż-żona mhix fl-aqwa stat u hi miftuħa għal abbużi, "għandha l-potenzjal enormi li tkun park għall-familja, masġar ta' mistrieħ f'nofs bini urban."
Sostna li l-masġar kif inhu jiflaħ għal pajsaġġi għar-rota u l-mixi, li jħeġġu lin-nies jagħmlu l-eżerċizzju.