Jipproponi li s-Segretarju Ġenerali jibda jinħatar bil-vot tal-Kunsill Ġenerali

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said qed jipproponi li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jibda jinħatar bil-vot tal-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkata, Chris Said ippublika wkoll id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu u ta’ martu (ara hawn isfel).
Fid-diskors tiegħu Said qal li ma jridx klikkek u għalhekk irid li l-karigi fit-tmexxija jiġu deċiżi mill-kunsilliera.
Dwar l-uffiċċju elettorali ELCOM, Said ippropona li dan għandu jkollu 15-il vot fil-Kunsill Ġenerali u 3 voti fl-Eżekuttiv tal-Partit, l-istess kif għandhom il-fergħat.
Qal ukoll li għandu jinħatar bord ta’ tmexxija mill-Eżekkutiv tal-PN immexxi minn Direttur tal-ELCOM. Apparti minn hekk saġaq li l-immaniġjar tad-data u l-istħarriġ għandu jiġi afdat f’idejn l-ELCOM.
Dwar id-dikjarazzjoni tal-assi, Said qal li hu jrid li l-votanti jkunu jafu fejn qegħdin miegħu.