Jipproponi fondi għall-kandidati b’diżabilità

Facebook - Oliver Scicluna

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li jaħseb li jista’ jkun hemm xi tip ta’ fondi biex itaffu ftit mill-ispejjeż li jaffaċċjaw il-kandidati politiċi b’diżabilità. Qal li dan jista’ jgħinhom jikkompetu kontra dawk il-kandidati li m’għandhomx diżabilità.

Fi stqarrija l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) qalet li Scicluna ltaqa’ ma’ numru ta’ kandidati li għandhom diżabilità li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.

Scicluna qal li Malta għandha bżonn aktar politiċi b’diżabilità peress li dawn jistgħu jifhmu l-isfidi li jaffaċċjaw persuni b’diżabilità. Qal ukoll li fl-istess ħin dawn jiġġieldu għad-drittijiet tal-oħrajn.

Marica Bayliss (PN), Matthew Chetcuti (PL), Matthew Giordimaina (PL), Kevin Glynn (PN), u Clifford Portelli (PL) tkellmu dwar l-ostakli li jaffaċċjaw waqt il-kampanji tagħhom. Tkellmu dwar in-nuqqas ta’ aċċessibilità f’diversi residenzi u anke l-bini tal-kunsilli lokali fost affarijiet oħra.

Oliver Scicluna qal li hemm mat-18,000 persuna reġistrata mas-CRPD. Qal li madnakollu, dan in-numru mhux rifless fir-rappreżentanza politika Maltija.

Aktar tard wara nofsinhar kont qieghed niltaqa ma’ diversi kandidati b’dizabilità li ser ikunu qed jikkontestaw …

Posted by Oliver Scicluna on Monday, April 15, 2019

Kandidat Laburista għall-Elezzjonijiet Ewropej jiltaqa’ mal-Kummissjoni

Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba tkellem fuq il-bżonn li fuq livell Ewropew ikun hemm Direttiva sabiex persuni b’diżabilità jingħataw id-dritt għal assistenza personali bil-liġi. Huwa qal li din l-assistenza tkun strumentali sabiex persuni b’abbiltajiet differenti jilħqu l-ogħla livell ta’ indipendenza u jkunu jistgħu jgħixu l-ħajja li jixtiequ bl-aktar mod ħieles.

F’laqgħa li kellu f’dawn l-aħħar ġranet mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, il-kandidat Laburista ddiskuta fit-tul id-diffikultajiet li persuni b’dizabilita’ jħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, u kif ukoll diversi bżonnijiet u opportunitajiet li jistgħu jiġu meqjusa.