Jipproponi b’ċurkett magħmul minn difrejh

Meta persuna tasal biex tipproponi lil min tkun tħobb ħafna drabi taħseb fuq li taħseb liema ċurkett tad-djamanti se tixtri. Uħud jiddeċiedu li jkunu kreattivi u avventurużi u jiddeċidu li ċ-ċurkett joħolquh huma. diversi ideat huma minn zkuk tas-siġar, ħġieġ, minn materjali differenti u oħrajn. Żgur mhux komuni li wieħed joħloq ċurkett għall-proponiment mill-kollezzjoni tad-dwiefer tiegħu ta’ sena sħiħa.

Fuq il-midja soċjali qed idur filmat ta’ persuna li ddeċidiet li toħloq ‘id-djamanta’ taċ-ċurkett mid-dwiefer tagħha stess.

Fil-filmat wieħed jista’ jara l-proċess kollu li għaddew minnu d-dwiefer maqtugħin biex finalment spiċċaw fuq iċ-ċurkett li bih prpopna lit-‘tfajla’ tiegħu. Ir-raġel mhux biss għamel ‘id-djamanta’ iżda wkoll iċ-ċurkett tal-fidda.

Sfortunatament meta propona lit-‘tfajla’ ma ġihiex iżda żgur li ħadd ma jista’ jgħid li ma kienx oriġinali fil-proponiment tiegħu.

Il-filmat ittella’ fuq il-midja soċjali minn SCMP News u rawh aktar minn 225,000 persuna. Kien hemm diversi reazzjonijiet għal dak li għamel u kien hemm diversi persuni li ma setgħux jemmnu dak li għamel dan ir-raġel.