Jipposponu l-logħba ta’ City anka jekk it-temp qaleb għall-aħjar

Il-partitarji tal-futbol irrabjaw għall-fatt li l-logħba ta’ Manchester City kontra West Ham ġiet posposta minħabba l-maltemp anka jekk kienet għadha kemm ħarġet ix-xemx u l-kundizzjonijiet tat-temp tjiebu ħafna.

City kellhom jilqgħu f’darhom lil West Ham wara nofsinhar, iżda għall-ħabta tal-11:00am ittieħdet id-deċiżjoni li jiposponu l-logħba għax deher li l-maltemp kien se jeskala. Iżda xejn minn dan ma ġara u minflok ħarġet ix-xemx.

Il-partitarji komplew tmasħnu meta l-logħba bejn Sheffield United u Crystal Palace (2-1) ntlagħbet xorta, anzi, intlagħbet sagħtejn qabel il-ħin stipulat.

City se jkollhom ammont akbar ta’ logħob f’inqas żmien, minħabba li diġà għandhom tmien logħbiet bejn it-22 ta’ Frar u l-14 ta’ Marzu. Barra minn hekk għandhom il-logħba taċ-Champions League kontra Ral Madrid u se jkunu għaddejjin bil-preparamenti għall-finali tal-Carabao Cup kontra Aston Villa.