Jipponta arma tan-nar u jisraq lil raġel ta’ 70 sena

Raġel daħal jisraq raġel ta’ 70 sena li kien f’garaxx.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fis-2.15pm fi Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa.
L-aggressur kellu arma tan-nar fuqu u ppontaha lejn ir-raġel biex ħadlu l-ġiżirana li kien liebes.
Huwa ħarab minn fuq il-post.
L-anzjan ma ġarrab ebda ġrieħi.
Ritratt: arkivji