Jinżlu minn Sqallija b’għadd ta’ trofej f’idejhom

Joe Anastasi u Mark Micallef ikkompetew fi 33 edizzjoni tal-Coppa Val d’Anapo f’Sortino, f’Siracus fi Sqallija.
Anastasi b’mini u Micallef b’Radical ħadu sehem fit-tellieqa ta’ distanza ta’ 7.2km.
Mark Micallef spiċċa fit-tielet post filwaqt li Anastasi ngħata tliet trofej, waħda għax rebaħ il-klassi tiegħu, l-oħra għax ġie t-tielet fil-grupp u għal-memorja tal-ħabib antik tiegħu Piero La Pena.