Aġġornata: Jinżlu Katanja minflok Malta minħabba l-maltemp

Żewġ titjiriet li kellhom jaslu Malta llum kellhom jinżlu temporanjament Katanja sakemm jikkalma l-maltemp. It-titjiriet għall-ewwel kienu mistennija jaslu Malta fis-1.50pm wara li ttardjaw. Madanakollu it-titjira minn Ruma waslet Mala fis-2.37pm, filwaqt li dik minn Gatwick waslet fit-3.04pm.

Skont is-sit tal-Air Malta, it-tijiriet devjati kienu ġejjin minn Ruma u minn Gatwick. Filwaqt li t-titjira minn Ruma hija operata minn Air Malta, dik minn Gatwick hija operata minn British Airways.

Intant titjira oħra ttardjat fil-ħin tal-inżul bi kważi siegħa. It-titjira kienet KM2801 minn Frankfurt li kellha tasal f’11.55am iżda niżlet fis-12.40pm.

Kelliem għal-linja tal-ajru kkonferma li r-raġuni hija propju l-maltemp.