Jinżlu Għawdex l-ewwel turisti tal-cruiseliners fl-2015

Dalgħodu fil-fliegu bejn Malta u Għawdex ankra l-ewwel cruise liner għal din is-sena.
L-MS Prinsendam, għandu 536 passiġier abbord. Transport Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li f’Għawdex mistennija jiġu 22 vapur ieħor din is-sena.
Il-cruise liner ankra fl-Imġarr dalgħodu u l-passiġġieri kellhom l-opportunità jqattgħu ġurnata Għawdex.Il-vapur mistenni jitlaq għada flgħaxija għall-port ta’ Heraklion fil-gżira ta’ Kreta.
L-aħħar żjara li għamel dan il-vapur f'Għawdex kien fl-2009. 
Ms Prinsendam inbena fl-1988.
 
Ritratt: Anthony Grech