Jinżel f’Malta wara li evakwa 500 Pakistani mil-Libja

Ajruplan Boeing 747-300 mill-Pakistan għamel inżul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal refueling wara li kien għadu kemm evakwa 503 persuna mill-ajruport ta’ Mitiga fil-Libja.
L-ajruplan mill-Pakistan niżel direttament f’Mitiga biex jevakwa aktar minn 500 Pakistani li kienu jinsabu l-Libja.
Wara, l-ajruplan għamel inżul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għar-refuelling biex aktar tard matul il-lejl ħalla Malta għal Pakistan.

Ritratt: Roberto Cassar