Jinżammu taħt arrest wara li nqabdu b’karti tal-identità foloz

Read in English.

Erba’ rġiel wieġbu mhux ħatja li kienu fil-pussess ta’ karti tal-identità Franċiżi foloz.

L-irġiel Sudaniżi li għandhom bejn 17 u 45 sena tressqu l-Qorti llum akkużati bi frodi. L-irġiel huma resident fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far.

Minkejja li wieġbu mhux ħatja, ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest tagħhom.

Il-Qorti kienet immexxija mill-Maġistrat Neville Camilleri. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerata.