Jinżammu arrestati wara li sawtuh għall-mewt fil-Ħamrun

Iż-żewġt irġiel Libjani li tressqu l-Qorti llum b’rabta mal-każ tar-raġel li lbieraħ tilef ħajtu wara li nstab mal-art bid-demm ħiereġ minn ħalqu, inżammu taħt arrest.
Dan wara li l-Qorti ma tagħthomx il-ħelsien mill-arrest wara s-smigħ tal-każ.
Iż-żewġt irġiel qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Mahmoud Elmejdi, wara li ħallewh nofsu mejjet f’residenza fi Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun.
Instab ukoll li ż-żewġt irġiel kienu riċedivi.
Jidher li l-akkużati ma wieġbu għall-ebda domanda jew akkuża fil-konfront tagħhom fil-Qorti ħlief li mhux ħajta, minħabba li din it-tweġiba hija rikjesta mil-liġi.