Jinżammu arrestati wara argument fil-korsa tal-Marsa

Żewġ aħwa ta’ 26 u 24 sena nżammu arrestati wara li argument fil-korsa tat-tlielaq taż-żwiemel fil-Marsa.
Il-każ seħħ hekk kif l-akkużat ta’ 26 sena qal li ż-żwiemel ma telqux fl-istess waqt għat-tellieqa u wara nqala’ argument ma’ raġel ieħor minħabba rimarki li allegatament għaddielu.
Il-Pulizija kellhom iwaqqfu lill-irġiel iżda l-ġlied reġa’ beda barra l-korsa.
L-akkużat jinsab mixli li darab żewġ persuni, li ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu mill-Pulizija u li kiser kundizzjonijiet li kienu imposti fuqu f’sentenza oħra tal-Qorti.
L-akkużat l-ieħor ta’ 24 sena jinsab mixli li rreżista l-arrest, li insulta u ħebb għal żewġ kuntistabbli tal-Pulizija, għamel ħsara fuq vann u li kiser il-kundizzjonijet li kienu imposti fuqu f’sentenza oħra tal-Qorti.
L-aħwa wieġbu li ma kienux ħatja tal-akkużi mressqa kontrihom.