​Jinżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li spara fuq surġent

Raġel ta’ 45 sena tressaq il-Qorti b'rabta mal-inċident tal-ġimgħa li għaddiet fil-Mosta, li fih Surġent tal-Pulizija spiċċa ferut b'arma tan-nar.
Ir-raġel ġie mixli fost l-oħrajn li volontarjament qabbad nar f'dar, kien fil-pussess t’arma tan-nar mingħajr il-liċenzja neċċessarja, uża l-istess arma u kkaġuna feriti fuq Surġent tal-Pulizija u kif ukoll kien fil-pussess ta’ sustanza suspettata bħala eroina.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda nżamm taħt arrest preventiv.