Jinżamm arrestat wara li ta daqqiet ta’ sikkina f’Ta’ Qali

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 36 sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li allegatament darab Bulgaru b’daqqiet ta’ sikkina f’Ta’ Qali bl-intenzjoni li joqtlu.

Raġel Bulgaru ta’ 57 sena kien jinsab fil-periklu tal-mewt u qiegħed jirċievi trattament fl-Isptar Mater Dei.

Id-difiża, li ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, staqsiet għall-kooperazzjoni tal-Uffiċjal prosekutur sabiex jekk ikun possibli fis-seduta li jmiss iressaq lil allegat vittma f’dan il-każ.

Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Keith Arnaud.

Fl-2019, l-istess akkużat kien arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kkommeta reati waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li kiser kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.