Jinżamm arrestat wara li seraq għadd ta’ affarijiet

Franċiż ta’ 30 sena nżamm arrestat wara li ċaħad li seraq iPad, kompjuter u żewġ bagalji ta’ resident barranin.
Huwa kien akkużat ukoll li ta permess biex tinstaq karozza li ma kinitx koperata mill-polza tal-assikurazzjoni.
Għalkemm id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat mhux affidabbli, hekk kif waqt l-investigazzonijiet huwa bidel l-indirizz fejn joqgħod tliet darbiet. Żiedet tgħid li mhux magħruf fejn qed joqgħod bħalissa. Hija qalet ukoll li l-akkużat sfida lill-pulizija għall-ġlied waqt li kien fl-għassa.