Jinżamm arrestat wara li nqabad b’60 pillola ecstasy

Raġel ta’ 38 sena mill-Isla nżamm arrestat wara li qed jiġi akkużat li kellu fil-karozza tiegħu madwar 60 pillola ecstasy f’jum il-Milied. Aktar tard istabu madwar 60 pillola oħra ġewwa bandli f’Paċeville.

Ir-raġel reġa’ spiċċa l-ħabs wara li f’inqas minn tliet xhur għadu kemm temm is-sentenza tiegħu.

Ir-raġel ġie akkużat li kien f’pussess aggravat tad-droga ecstasy f’distanza ta’ 100 metru ‘l bogħod minn post fejn hu frekwentat miż-żgħażagħ. Huwa kien akkużat ukoll li kien reċediv.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat irrifjutat it-talba tal-akkużat u qalet li ma jistax jiġi afdat kif ukoll minħabba li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.