Jinżamm arrestat wara li nqabad b’6.5kg ħaxixa

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena nżamm arrestat wara li tressaq fuq akkużi ta’ importazzjoni tad-droga.

Ir-Rumen li jgħix Buġibba wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu f’Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriela Vella.

Il-każ seħħ fil-11 ta’ Settembru fil-Marsa għall-ħabta tal-11:30am.

Il-Pulizija nspezzjonaw sitt karozzi li kienu għadhom kif waslu minn Pozzallo. Il-klieb tal-Pulizija xammew id-drogi li kienu moħbija fil-karozza tar-raġel.

B’kollox sabu 6.5kg ta’ sustanza ħadra maħsuba li hi ħaxixa.

Il-karozza ġiet issekwestrata u huwa ttieħed il-lockup.

Il-Qorti ordnat li l-assi kollha tar-raġel jiġu friżati, kif ukoll ma jitħalliex ibiegħ proprjetà immobbli.

Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Mark Anthony Mercieca qed imexxi l-prosekuzzjoni.

L-avukat tal-għajnuna legali Charmaine Cherrett dehret għall-akkużat.