Jinżamm arrestat wara li nqabad b’dokumenti foloz

Żagħżugħ Albaniż inżamm arrestat wara li ġie mixli li kellu karta tal-identità Taljana falza. 
Flimkien mal-karta tal-identità huwa kien mixli li kellu liċenzja tas-sewqan Taljan falza u dokument Taljan falz u li għamel użu minn dokument iffalsifikat.
Huwa kien arrestat malli wasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Albanija.
L-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.