Jinżamm arrestat wara li mar il-Ġermanja b’dokumenti foloz

Immigrant ta’ 29 sena tressaq il-Qorti wara li ġie ddeportat lura lejn Malta mill-Ġermanja.
L-immigrant mill-Kosta tal-Avorju mar il-Ġermanja minn Malta b’dokumenti foloz.
Għalkemm hu ma ammettix għall-akkużi li kienu miġjuba kontrih il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ordnat li jinżamm taħt arrest.