Jinżamm arrestat wara li kien mixli bi qtil ta’ raġel b’daqqiet ta’ mqass

CMRU

Żagħżugħ ta’ 23 sena ġie mixli fil-qorti dalgħodu li l-Ġimgħa li għaddiet qatel Sudaniż ta’ 25 sena b’daqqiet ta’ mqass f’għonqu.

Kinaan Abdinasir Noor, mis-Somalja iżda resident il-Gżira wieġeb li mhux ħati li kkaġuna l-mewt ta’ persuna oħra u kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr liċenzja tal-pulizija.

Fil-qorti l-Ispetturi James Grech u Wayne Camilleri stqarrew li r-raġel ġie jdentifikat minn xhud li ra d-delitt iseħħ.

Il-vittma Bakry Bashir Alnur ġie attakk fi Triq Diċembru 13 bejn il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt.