Jinżamm arrestat wara li kien mixli b’attentat ta’ qtil

Raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ ħu s-sieħba tiegħu.
Huwa kien akkużat li sparalu f’siequ waqt argument li nqala bejniethom, li kellu arma mingħajr permess u li hedded li joqtol lil missier il-vittma.
L-akkużat ċaħad l-akkużi mressqa kontrih u ma ngħatax il-libertà proviżorja.
Fil-Qorti ġew ippreżentati ċertifikati mediċi tal-vittma filwaqt li ntqal li l-balla baqgħet ma nstabitx.