Jinżamm arrestat wara li hedded raġel fuq l-internet

Żagħżugħ nżamm arrestat wara li kien akkużat li hedded l-eksgħarus tas-sieħba tiegħu onlajn.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fosthom li għamel użu ħażin minn apparat elettroniku ta’ komunikazzjoni, li kkawża biża’ lil raġel ieħor li se jkun qed iwettaq atti ta’ vjolenza u li kien riċediv.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud innotat kif każijiet bħal dawn qed jiżdiedu. Il-Maġistrat Mifsud ma laqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest għax qal li l-akkużat għandu bżonn iż-żmien biex jirrifletti fuq għemilu.