Jinżamm arrestat wara li għajjar lill-Pulizija fuq Facebook

Raġel minn Tal-Pietà inżamm arrestat wara li ġie akkużat li għamel rapport falz lill-Pulizija, u wara għajjarhom fuq il-mezzi soċjali.

L-akkużat huwa George Alfred Borg ta’ 40 sena. Meta wasal id-dar wara li għamel ir-rapport falz, fuq Facebook infexx jgħajjar lill-pulizija “ħnieżer” flimkien ma’ insulti oħra.

Il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace ordnat li Borg ma jingħatax il-libertà, fost l-oħrajn għax fil-passat kien xellef difrejh mal-liġi.