Jinżamm arrestat wara li darab raġel bi flixkun

Fillandiż ta’ 33 sena ma ngħatax il-ħelsien wara li wieġeb mhux ħati li weġġa’ serjament raġel Malti f’Paceville.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30a.m. meta r-raġel ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żabbar innota raġel suspettuż ħdejn il-karozza tiegħu u meta mar jaffaċjah, dan attakkah bi flixkun tal-inbid li kien imkisser.
Jirriżulta li kawża tal-ħġieġ imkisser, ir-raġel residenti Ħaż-Żabbar sofra qtugħ f’wiċċu u kellu bżonn 12-il punt.
Dan ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Fillandiż kien qed Malta għal vaganza u kien qed jgħix f’appartament ma’ ħabib tiegħu. Dan ma ngħatax il-libertà proviżorja.