Jinżamm arrestat wara li ċaħad li seraq minn żewġt idjar

Raġel ta’ 43 sena mill-Fgura inżamm arrestat wara li ċaħad l-akkuża li seraq minn żewġt idjar fil-Mosta.
Il-każ seħħ fl-14 ta’ Settembru li għadda u r-raġel kien mixli li seraq flus u deheb mid-djar.
Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv.
Ir-raġel wieġeb li mhux ħati, ġiet miċħuda t-talba għal-libertà proviżorja u nżamm arrestat.