Jinżamm arrestat wara li agredixxa mara u wettaq ħsarat fuq vettura

Raġel ta' 45 sena mill-Qala tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq mara u li wettaq ħsara fuq vettura.
L-allegat każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda.
Huwa ġie akkużat ukoll li kien reċidiv u li kiser ordni tal-Qorti li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi iżda ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest.