Jinżamm arrestat wara li abbuża u hedded żewġ subien ġirien tiegħu

Miguela Xuereb

Raġel qed jinżamm arrestat wara li allegatament ta fastidju sesswali u talab pjaċiri sesswali lil żewġ subien minorrenni ġirien tiegħu.

Ir-raġel ta’ 60 sena residenti l-Qrendi qed ikun akkużat li ta fastidju sesswali u li attakka lil żewġ subien ta’ 13-il sena ġirien tiegħu u lil omm tifel minnhom.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġsitrat Natasha Galea semgħet kif wieħed mis-subien fetaħ qalbu dwar l-inċident fit-12 ta’ Settembru fejn qal li r-raġel allegatament hedded lis-subien u qalilhom li qatt m’huma se jerġgħu jaraw id-dawl tax-xemx jekk jitkellmu ma’ xi ħadd dwar l-abbuż.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, madanakollu l-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ordnat ukoll li ma jixxandarx isem l-akkużat biex tkun imħarsa l-identità tas-subien.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone, filwaqt li għall-akkużżat deher l-avukat Makr Mifsud Cutajar.