Akkużat li ħebb għal persuna; jinżamm arrestat

Rumen ta’ 29 sena, residenti fil-Fgura, tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal persuna oħra ta’ nazzjonalità Rumena.

Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tad-9pm fl-appartament fejn huma residenti kemm l-akkużat kif ukoll l-vittma.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.