Jinżamm arrestat talli weġġa’ gravi lil żagħżugħa b’arma

Raġel qed jinżamm arrestat minkejja li wieġeb mhux ħati li weġġa’ gravi lil żagħżugħa b’arma taqta’ u bil-ponta.

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana, lil Amerikan ta’ 51 sena, residenti Għajnsielem.

Huwa ġie akkużat li fis-17 t’Awwissu, waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu, ikkawża ġrieħi gravi permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta fuq żagħżugħa Rumena ta’ 26 sena.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.