Jinżamm arrestat talli seraq 2 vetturi

CMRU

Raġel qed jinżamm arrestat fuq akkużi li seraq żewġ vetturi f’Raħal Ġdid.

Il-Pulizija ressqet lir-raġel ta’ 31 sena residenti l-Belt Valletta l-qorti llum, quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.

Huwa kien akkużat li seraq żewġ vetturi f’Raħal Ġdid, fost akkużi oħra. Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Ma ngħatax il-libertà proviżorja u qiegħed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Zerafa.